| 
					 
					
					Ħamrun Spartans 
					It-team tal-football 
					tal-Ħamrun Spartans twaqqaf fl-1907, mitt sena ilu. Dan il-club 
					glorjuż huwa rinomat sew għas-supporters numerużi u brijużi 
					li għandu. Il-kuluri ta dan it-team huma l-aħmar u l-iswed 
					waqt li l-laqmijiet sinonimi ma’ dan il-club u supporters 
					tiegħu huma ta’ ‘Werwer’ u ‘Tas-Sikkina.
 Sa mill-bidu li ġew imwaqqfa, it-team tal-Ħamrun Spartans 
					stabbilixxew ruħhom sew fil-kampjonat Malti, tant li 
					fl-1913-1914 saru għall-ewwel darba champions tal-kampjonat 
					Malti meta kellhom goal average aħjar mit-team tas-St. 
					Georges. It-tieni kampjonat rebħuh erba’ snin wara, meta 
					rebħu l-play off għal darba oħra kontra St. Georges. L-aqwa 
					player f'dawk iż-żminijiet għall-ispartans kien Gejtu Psaila 
					imlaqqam il-ħaċċa. Fiż-żminijiet ta’ wara dawk ta’ l-għoxrinijat 
					u t-tletinijat, kienu żminijiet ftit diffiċli għal dan 
					it-team fejn bosta players tajbin telqu u sieħbu ma’ clubs 
					oħra.
 
 Mat-twelid tat-team tal-Ħamrun Liberty, twieldet ukoll era 
					ta’ suċċessi ġdida għal dan il-club. Wara li dan it-team 
					reġa’ irritorna fl-ogħla diviżjoni fl-1946-47, bidel ismu 
					għal dak ta’ Ħamrun Spartans. Reġgħu bdew ġejjin l-unuri. 
					Fil-fatt rebħu ma’ l-ewwel il-Johnnie Walker Championship 
					Trophy u l-Cassar Cup. Aktar unuri f’dik l-era inrebbħu 
					fl-1948-49 meta reġgħu ħadu l-Cassar Cup u bejn 1947-1952 
					spiċċaw erba’ darbiet runners up.
 
 Għal darba oħra fis-snin 60 kienu żminijiet kwieta 
					għall-Ispartans tant li fl-1969-70 ġew relegati. Għalkemm 
					irritornaw fl-ogħla diviżjoni huma reġgħu ġew relegati 
					fl-1973-74 fejn għamlu sentejn sakemm reġgħu kienu promossi.
 
 Wara 36 sena bla ma jieħdu unuri prestiġjużi, l-Spartans 
					ħadu l-league għar-raba’ darba u FA Trophy f’għeluq il-75 
					sena mit-twaqqif tal-club. Minn hawn bdiet era tad-deheb 
					għal dan il-club taħt it-tmexxija tal-President Victor 
					Tedesco. Players ta’ ċertu kalibru ngħaqdu mal-Ħamrun 
					fosthom Raymond u George Xuereb, Edwin Farrugia u Carlo 
					Seychell, bil-kowċ ikun Alfred Cardona. F’dan iż-żmien ukoll, 
					Victor Tedesco irnexxielu jġib l-ewwel barranin jilgħabu 
					mat-team wara ħafna żmien, dawn kienu Peter Hatch u John 
					Linacre.
 
 Il-Ħamrun Spartans kien l-ewwel team f’Malta li waqqaf 
					rekord ġdid meta fil-Kompetizzjoni tal-UEFA irnexxielu 
					jirbaħ darbtejn lil-Ballymena ta’ Irlanda, jiġifieri kemm 
					ġewwa pajjiżna u anke f’pajjiżhom. F’dan il-perjodu tat-tmeninjiet, 
					il-Ħamrun irnexxielhom jirbħu tliet darbiet il-league, ħames 
					darbiet l-FA Trophy u darbtejn is-Super Cup u l-Euro Cup.
 
 Fil-bidu tad-disgħinijiet il-Ħamrun irnexxielhom jerġgħu 
					jirbħu l-league, l-FA Trophy u darbtejn is-Super Cup. Minn 
					hawn il-Ħamrun bdew jiffaċċjaw problemi kbar finanzjarji li 
					minħabba fihom telqu diversi players u spiċċaw ġew relegati 
					kemm fis-sena 1998-98, 2003-04, 2005-06, kull darba jerġgħu 
					jiltilgħu fl-ogħla diviżjoni bħala Champions is-sena ta’ 
					wara.
 
 Illum il-ġurnata dan il-club, li huwa wieħed mil-ftit clubs 
					li għandu ground tal-ħaxix tiegħu imsemmi għal Victor 
					Tedesco, jemmen li għandu jagħti `ans lit-tfal li joħorġu 
					min-nursery tiegħu.
 
 League Championship
 1913/14, 1917/18, 1946/47, 1982/83, 1986/87,
 1987/88, 1990/91
 
 League Runners/Up
 1911/12, 1912/13, 1914/15, 1918/19, 1919/20,
 1947/48, 1948/49, 1949/50, 1951/52, 1984/85
 
 FA/Rothmans Trophy
 1983, 1984, 1987, 1988, 1989, 1992
 
 FA/Rothmans Trophy Finalists
 1946, 1969, 1995
 
 Super Cup
 1987, 1988, 1989, 1991, 1992
 
 Euro Cup
 1985, 1987
 
 First Division Champions
 1999/2000, 2004/05, 2006/07
 Division 2 Champions
 1921/22, 1932/33, 1933/34, 1937/38, 1975/76
 
 Cassar Cup
 1946/47, 1948/49
 Division 2 Knock/Out
 1946/47, 1947/48, 1952/53, 1970/71
 |