Dħul  |  Il-Ħamrun  |  Il-Kunsill  Siti Oħra  |  Kuntatt
.
 Sezzjonijiet Oħra
 > Membri tal-Kunsill
 > Ufficcju Amministrattiv
 > Kunsilli Preċedenti
 > Proġetti mill-Kunsill
 > Telefons dwar Rapporti

Minn Cedric Valletta

Kif thares lilek innifsek mis-serq u mill-attakki

F’ dan l-artiklu iddecidejt li nipprova naghti ftit pariri kif wiehed jista jaghmel sabiex ihossu aktar protett f’ daru. Sfortunatament ghadna nisimghu b’ serq fuq anzjani u ghalekk ahna bhala Kunsill b kollobarazjoni mall-pulizija ghanda id-dover li nippruvaw nghinu kemm nistghu sabiex inaqqsu l-kriminalita.

Il-Bieb ta’ Barra
Tajjeb illi twahhal Spy Hole (Lenti zghira li titwahhal mal-bieb ta’ barra). Meta jhabbat il-bieb tkun tista tittawwal biex tara min gie. Wahhal Katina wara l-bieb ta’ barra. Min jipprova jisgassa l-bieb ikunlu aktar difficli. Firoll minn gewwa jzid il-forza tal-bieb. Ic-capetti tal-bieb ghandu jkollhom viti sodi u twal jew ghall-bzonn bolt tac-capetti. Meta tkun gewwa, zomm il-bibien li jaghti ghal barra maghluqa sew. Jekk toqghod wahdek, jew jekk id-dar inthom kollha anzanim thallux il-bieb ta’ barra fuq l-antiporta. Meta tmur toqghod f’post gdid tajjeb li tbiddel is-serraturi kollha. Ma tafx min kellu cavetta.

It-Tieqa
Malli jidlam, ghalaq il-purtieri sabiex had ma joqghod jittawwallek u jinnota x’taghmel u x’ma taghmilx u x’ghandek. Tigbidx l-attenzjoni ghal darek billi zzejjen it-twieq b’xi ogeti li jqumu hafna flus. Thallix twieqi fil-baxx miftuhin. Meta jigu xi haddiema b’xi skuza jew ohra kellimhom mit-tieqa jew gallarija, staqsijhom min baghthom u cempel biex tara jekk dak li qalulek hux minnu jew le. Staqsijhom ghall-karta ta’ l-identita. Tista ukoll tiftah il-bieb fuq il-katina biex tara min hemm qabel ma ddahhlu gewwa.

It_Telefon
Zomm in-numri tat-telefon tal-pulizija u ta’ xi gara habiba fil-qrib fejn issibhom malajr. Jekk tissuspetta li hemm xi had li qed jipprova jidhollok gewwa, tohrogx barra izda CEMPEL MILL-EWWEL lill-pulizija u lill-gara. Jekk ikollok telefonata anonima u jekk xi had jipprova jbezzghek fuq it-telefon, mill-ewwel nizzel it-telefon. Turijhomx li had qatgha jew bzajt ghax dak li jkun hekk qed jistenna. Jekk jerga jcempel , cempel u ghid lill-operatur u lill-pulizija. Atijhom il-hin u d-dati biex forsi jkunu jistghu jsibu min cemple. Meta twiegeb it-telefon, qatt taghti n-numru tat-telefon tieghek lil xi had li ma tafx jew li taparsi cempillek wrong number. Qatt atghti informazzjoni dwarek innifsek jew li toqghod wahdek. Saqsijhom x’numru riedu u jekk mhux tieghek ghidilhom li hadu zball.

Xi punti ohra.

1. Zomm relazzjoni tajba mal-girien ghaliex tistghu tigu bzonn xulxin.
2. Meta titlaq ghal xi granet mid-dar, ftiehem ma xi had mill-girien biex jaghtu daqqa t’ghajn lid-dar.
3. Burglar Alarms igeghlu lill-hallelin jahsbuha darbtejn.
4. Qatt izzomm somom kbar ta’ flus id-dar. Zommhom il-bank u zomm biss b’kemm tinqeda.
5. Jekk ghandek hafna deheb, ahjar izzomm dak li ma tantx tuza go kazza ta’ sigurta gol-bank tieghek stess.
6. Immarka ogetti ta’valur b’pinen ta’ l-apposta blinka invizibli. Tista timmarka kull oggett bin-numru ta’ l-identita tieghek.
7. Qatt iddahhal barranin go darek.
8. Meta tkun ser tbiegh darek, taccettax li turi d-dar lix-xerreja jekk tkun wahdek.
9. Qatt thalli slielen fil-gnien fejn jistghu jintuzaw biex jidhlulek gewwa bijhom.

Nispera illi b’dawn il-ftit idejat kont ta ghajnuna ghalikhom halli flimkien nippruvaw innqasu ftit din l-pjaga li zgur hija ta detriment ghas serhan tal-mohh meta tkun go darek.

Fl’ahhar sejjer ukoll nfakkarkom f’xi numri tat-telefon li important li dejjem izzommu vicin f’kaz ta bzonn.

Kunsill Lokali Hamrun - 21222020
Sptar – Mater Dei 2545 0000
Residenza San Vincenz De Paule 21224460
Ghassa tal-Pulizija Hamrun 21224266
Support Line Tfal – 179
Emergenza – Pulizija – Ambulanza – Nar 112
Meals on Wheels 21230181
Sigurta Socjali 2590 3000
Parrocca San Gejtanu 21239623
Parrocca Kuncizzjoni 21232643

Filwaqt ill nawgura il-Festa t-tajba lill Hamrunizi kollha, nheggigkom ukoll sabiex jekk ghandek xi lment partikolari u trid titkellem fuqu tista tikuntatjani bill tindirizza l-ittra tieghek lill-Cedric Valletta –Kunsill Lokali 683A, Triq il-Kbira San Ġużepp, Ħamrun ĦMR 1012 Hamrun jew billi tibghat email fuq cedric.valletta@gov.mt


 
Ċaħħad  |  Drittijiet ta` l-Awtur  |  Privatezza  |  Accessibilita  |  Kuntatt
http://www.gov.mt