|
|
Minn
Johnaton Abela
Il-Hamrun hija lokalità kummercjali li sservi bhala centru
ta’ attività matul is-sena kollha, izda ftit huma dawk
il-postijiet fejn il-Hamrunizi jistghu jqattghu r-rikreazzjoni
taghhom f’ambjent sabih u nadif. Gnien Oreste Kirkop, li
kien inawgurat f’Mejju li ghadda, se jservi propju dan
il-ghan biex it-tfal, zghazagh u l-anzjani jkollhom post
iehor ta’ rikreazzjoni, fic-centru tal-attività Hamruniza
stess.
Ix-xoghlijiet f’dan il-progett kienu jinkludu mhux biss
il-gnien innifsu b’numru mdaqqas ta’ sigar u arbuxelli godda
izda wkoll tisbih, tindif u l-istallazjoni ta’ iktar dawl
fl-inhawi biex l-ambejnt kollu tal-madwar jissebbah. Tpoggew
ukoll bankijiet godda u nbniet gazebo biex dan il-gnien
ikompli jinghata dehra originali li toffri wkoll aktar
kumdità ghal min jixtieq izur il-gnien, l-aktar fix-xhur
shan tas-sajf. Ittiehdu wkoll il-mi¬żuri kollha mehtiega
biex il-ġnien ikun aċ¬ċessibbli għal kulħadd, inkluż persuni
bi bżonnijiet speċjali, biex b’hekk tassew ikun jista’
jservi ta’ rikreazzjoni ghall-Hamrunizi kollha. Dan kollu
sar b’nefqa ta’ aktar minn €100,000, 70% taghhom
iffinanzjati mill-Gvern Centrali taht l-iskema Urban
Improvement Fund, fondi li l-Kunsill tal-Hamrun irnexxilu
jikseb ghal dan il-progett.
Minbarra dan il-progett ghar-rikreazzjoni, il-Kunsill Lokali
tal-Hamrun hadem ukoll f’dawn l-ahhar gimghat biex jitkompla
l-progett ta’ parkegg taht l-art fis-sit tas-Suq l-Antik, li
ghandu jnaqqas mill-problema ta’ parkegg li ghandna
fil-lokalità tal-Hamrun. Minbarra l-parkegg mifrux fuq hames
sulari li mistenni jkun jesa’ mal-160 karozza, dan
il-progett jinkludi wkoll il-bini ta’ ufficini godda
ghall-Kunsill u anke gnien biex ikompli jissebbah l-ambjent.
Ix-xoghlijiet f’dan is-sit mexjin b’ritmu tajjeb biex
f’qasir zmien ikollna parkegg addattat mhux biss
ghar-residenti izda wkoll ghan-numru kbir ta’ nies li jzuru
l-lokalità taghna ghal skopijiet socjali jew kummercjali li
tant huma mehtiega ghan-negozji tal-Hamrun u li jzommu l-attività
hajja fil-lokalità taghna.
Progett iehor, bl-ghajnuna tal-Gvern Centrali, huwa l-progett
ta’ internet b’xejn li gie installat fil-pjazza ewlenija
taghna, Pjazza San Pawl, permezz tas-sistema WIFI, fejn dawk
kollha li jkunu fil-pjazza jista’ jkollhom access ghall-internet
permezz tal-computer taghhom. Jekk dan ikun ta’ success, din
is-sistema tista’ possibilment tigi estiza ghal-pjazez ohra
biex tzidied il-kumdità ghar-residenti.
Issa li rega’ maghna s-sajf u t-turizmu jkomplu jizdied
f’pajjizna, progetti bhal dawn ikomplu jzidu l-accessibiltà
tal-Hamrun biex il-lokalità taghna wkoll tpoggi isimha fuq
il-mappa ta’ attrazzjonijiet turistici. Dan l-ghan qed
ikompli jintlahaq permezz ta’ attivitajiet li minn zmien
ghall-iehor ikunu organizzati fil-Hamrun, bhal ma kien il-festival
tac-cikkulata, attività li kellha success kbir kemm mal-Hamrunizi
kif ukoll ma’ kull min zar il-lokalità apposta ghal dan l-avveniment.
Wara s-success li kisbet l-ewwel edizzjoni ta’ dan il-festival,
il-Kunsill qieghed diga jiprepara sabiex jerga jorganizza
din l-attività li tfakkar it-tradizzjonijiet li tul is-snin
baqghu marbuta mal-Hamrun. Ta minn jghid ukoll li l-Kunsill
se jerga jibbenifika minn fondi mghotija mill-Gvern Centrali
sabiex terga jittella’ dan il-festival.
Nixtieq niehu din l-opportunità wkoll biex nifrah lil dawk
kollha li fil-jiem li ghaddew iccelebraw il-festa
tal-kuncizzjoni fil-Hamrun, filwaqt li nawgura li l-festa ta’
San Gaetano dan is-sajf tkun wahda mill-isbah li qatt
iccelebrajna b’qima lejn il-qaddis padrun tal-Hamrun.
Dr. Johnaton Abela LL.D.
Offices:
14, Censu Borg Street, Hamrun
142, Manuel Caruana Street, Iklin
Tel: (+356) 21227867
Mob: (+356) 79820176 |
|
|
|
|