Dħul  |  Il-Ħamrun  |  Il-Kunsill  Siti Oħra  |  Kuntatt
.
 Sezzjonijiet Oħra
 > Membri tal-Kunsill
 > Ufficcju Amministrattiv
 > Kunsilli Preċedenti
 > Proġetti mill-Kunsill
 > Telefons dwar Rapporti
Minn Judith Bugeja

Għeżież tfal,

Is-sajf reġa' magħna. Bdew il-vaganzi u ser ikollkom ħafna ħin liberu fuq idejkom. Tistgħu tużawh kif tridu imma taħluħx.

Ħafna minnkom jattendu skola sajf fejn ikollkom diversi attivitajiet. Hemm min imbgħad jagħżel li jieħu xi kors fl-arti, drama, jew kompjuter.

Hemm min jiddeċiedi li jieħu xi ftit lezzjonijiet fis-suġġetti skolastiċi. Imbgħad hemm min jattendi xi forma ta' sport.

Il-bniet jgħidu kollox sew ...is-subien għandhom fejn jipprattikaw imma aħna qisna ma neżistux. Dan mhux minnu għaliex dan is-sajf kien hemm taħrig fil-futbol għall-bniet ukoll, u hemm il-ħsieb li jibqa' sejjer fix-xhur xitwin. Mela 'girls' isa, tħajru intom ukoll !

Is-sajf; ma nistgħux ma nsemmux il-baħar. Ngħaddu ġranet sħaħ ħdejn il-baħar u nagħmlu sew, imma għandna noqgħodu attenti mill-qilla tax-xemx, għaliex siegħa żejda fl-eqqel tagħha taf tagħmel hafna ħsara, jekk mhux issa, il-quddiem.

Ma nistgħux ma nsemmux il-festi u l-briju li jġibu magħhom. Issa li riesqa l-festa, nistgħu ngħidu li l-Hamruniżi jingħaqdu kollha taħt il-kappa tal-Patrun tagħhom, San Gejtanu.
Għandna niċċelebraw u nattendu kemm għall-funzjonijiet li jsiru fil-knisja kif ukoll għall-festi ta'barra. Għandna niċċelebraw fil-paċi u mingħajr piki bejnietna. Minn hawn nixtieq nawguralkom minn qalbi IL-FESTA T-TAJBA.

Gawdu dawn il-vaganzi imma titilqux il-ktieb minn idejkom....

Il-qari huwa ta siewi kbir. Minnu nitgħallmu nwessgħu l-imaġinazzjoni u l-għarfien tagħna.Il-qari jgħina kemm fil-komponimenti, fil-lingwi, kif ukoll fil-ħajja.

Mhux bilfors għandna nixtru kotba ġodda. Nistgħu nisselfu kotba mil-libreriji pubbliċi. Illum nistgħu ngħidu li kull kunsill lokali għandu il-libreriji tiegħu.

Minn dan l-ispunt, nixtieq nirringrazzja lis-Sur Gruppetta (MERLIN BOOKSHOP) li jissponsorjana b'kotba sbieħ u nteressanti li jintrebħu fil-kompetizzjonijiet.

Is-sajf it-tajjeb tfal u nerggħu niltaqgħu f'Settembru.
Judith.

KOMPETIZZJONI.

Din id-darba nixtieqkom tiktbu storja ta' madwar 200 kelma fuq

ZAK U L-VUVUZELA

Użaw l-immaġinazzjoni tagħkom u tistgħu tagħmlu wkoll xi tpinġijiet... eta’ sa 13-il sena.
Jingħata ktieb sabiħ għar-rebbieħ.

Il-kompetizzjoni ta' l-aħħar ħarga ntrebħet minn Bierhoff Joseph Pisani.....Prosit !

 
Ċaħħad  |  Drittijiet ta` l-Awtur  |  Privatezza  |  Accessibilita  |  Kuntatt
http://www.gov.mt