Dħul  |  Il-Ħamrun  |  Il-Kunsill  Siti Oħra  |  Kuntatt
.
 Sezzjonijiet Oħra
 > Membri tal-Kunsill
 > Ufficcju Amministrattiv
 > Kunsilli Preċedenti
 > Proġetti mill-Kunsill
 > Telefons dwar Rapporti
Minn Mario Caruana

Nożżgħu dak li għandna

Ġnien Oreste Kirkop tlesta wkoll. Ġie nawgurat kien ta’ pjaċir u sodisfazzjon għalija. Meta kont qed nitkellem ma xi residenti waqt l-inawgurazzjoni tkellimna kemm ġie sabiħ u kompla sebbaħ dawk l-inħawi. Dan kollu minnu imma issa wara li aħna, bħala kunsill, għamilna l-parti tagħna issa jmiss il-parti tar-residenti li jiġi gawdut hekk kif inhu mingħajr ebda vandaliżmu. Huwa fid-dmir tagħna bħala vera residenti li ma jsir l-ebda vandaliżmu fil-Ħamrun. Il-flus li jintefqu fuq il-ħsarat tal-vandaliżmu huma flus li jistgħu jintefqu għall-affarijiet oħra neċessarji għal dan il-lokal.

Bħala kunsillier responsabbli mis-saħħa saret l-ewwel laqgħa ta’ diskussjoni dwar nutrizjoni. Il-laqgħa li saret mis-Sur Mario Caruana kienet vera diskussjoni nteressanti, saret introduzzjoni tajba ħafna u wara id- diskussjoni. Wara saru mistoqsijiet vera nteressanti mill-pubbliku kien hemm attendenza tajba ħafna. Għalhekk meta tara li residenti jipparteċipaw ikun ta’ sodisfazzjon u kuraġġ biex inkomplu norganniżżaw affarijiet bħal dawn. Dan grazzi wkoll għall-kollaborazzjoni tas-Sinjura Karen Farruġia li tirrapreżenta lill-kumpanija Chemimart ta’ dan grazzi għan-nom tar-residenti għax kull min kien għal-lagħqa ġie mogħti gift pack u dawn il-laqgħat ser inkomplu bihom fil-ġimgħat li ġejjin naturalment fuq suġġetti differenti.

Kellna l-festa tal-Kunċizzjoni kienet festa sabiħa ħafna. Nammira wkoll is- soċjeta tal-banda kunċizzjoni għax din is-soċjeta eżatt kif qal il-president waqt diskors tiegħu li soċjeta zgħira imma qalb kbira. Dan veru għax jien naf li l-kumitat jaħdem ħafna. Mela min hawn nifraħ lil kulħadd għal-festa li saret kemm f’sens reliġjuż u anke dak estern. Proset lil kulħadd.

Minn waħda hriġna u għall-oħra deħlin dik ta’ San Gejtanu. Hemm entużjażmu kbir miż-żewġ għaqdiet mużikali dik ta’ San Gejtanu u dik ta’ San Ġużepp. Festa kbira li l-Ħamruniżi jkunu qed jistennew biex nagħtu qima lil San Gejtanu. Fuq nota personali nixtieq li lkoll napprezzaw dak kollu li jkun hemm armat kemm fil-knisja kif ukoll l-armar ta’ barra u fil-każini wara dan kollu irridu nifhmu li hemm xogħol u sagrifiċċju kbir u mpenn ta’ ħafna volontarji. Kieku m’hemmx il-volontiera, ix-xogħol irid isir bil-ħlas. Kieku ma nafx kemm għandna dak li għandna llum fiż-żewġ parroċċi. F’ ismi u f’isem il-familja tiegħi nixtieq nawgura l-festa t-tajba lil kulħadd.

Mario Caruana
 

 
Ċaħħad  |  Drittijiet ta` l-Awtur  |  Privatezza  |  Accessibilita  |  Kuntatt
http://www.gov.mt